FANDOM

2,030,425 Pages

StarIconBronze
LangIcon
Ħolma

This song is by Thea Garrett and appears on the single My Dream (2010).

The Maltese title of this song is "Ħolma". The English translation is "Dream".
Qedna li l-ħolm jaf isir realtà
Jien min jien u x’nista’ nsir?
Ħolma ħlomt li fiha rajt ġejjien
Żernieq ġdid għalina lkoll
Bi tbissim u qalb li taf tħoss u tgħin għax taf tħobb
X’ħajja rrid ngħix u nkanta

Din il-ħolma rrid li f’ħajti nara li tirnexxi
U l-ħolma sseħħ tassew
Din il-ħolma ssir jekk jiena nibqa’ nemmen fiha
Ngħixha bħala ħolma msaħħra, bħal stilla ġdida nkun

Tir il-fuq bħall-gawwija fuq l-ilmiet
U fuq wiċċek jiddi dawl ix-xemx
Nemmen fik, ara dak li trid u b’qalbek kollha
Tibda miexja l-quddiem u ngħidu

Din il-ħolma rrid li f’ħajti nara li tirnexxi
U l-ħolma sseħħ tassew
Din il-ħolma ssir jekk jiena nibqa nemmen fiha
U m’hemm xejn li se jwaqqafni milli nilħaq dan l-għan

Din il-ħolma rrid biex niksibha inżomm sod
Naħdem bil-ħsieb għax jiena rrid illi tirnexxi, u l-ħolma ssir

External links