FANDOM

2,030,310 Pages

StarIconGreen
LangIcon
Sejjaħ u ssibni

This song is by Georgina & Paul Giordimaina and appears on the single Could It Be (1991) by Georgina Abela & Paul Giordimaina.

Fejn hu llum? Fejn hi il-warda fuq ħaddejk?
Fejn hi l-leħħa f'ġmiel għajnejk, il-ħmura fuq xufftejk?
Il-kewkba ntfiet u nsietna fuq il-għatba tal-ġejjien
Għala jien, għala int, ninsabu mifrudin?

Fejn hu llum? Fejn hi l-bewsa fil-widien?
Fejn hi l-għanja tal-ħolqien, tax-xemx jiem bla waqfien?
Hemm sħaba f'della ħbietna u ħallietna imbegħdin
Għala jien, għala int, ninsabu imnikktin?

Sejjaħ u ssibni
Għalxejn iqum ir-riħ, jitqawwa l-baħar
Jien xorta nasal ħdejk ma jżommni xejn u ħadd
Għalija int il-bidu w tmiem l-għajxien

Fejn hu llum? Fejn hi l-ħeffa ta' passejk?
Fejn hu il-ħlew li nħares lejk, u l-wens taċ-ċkejkna jdejk?
Inżul ix-xemx ħallietna ngħixu biss it-tifkiriet
Għala jien, għala int, ninsabu mifnijin, mifrudin?

Sejjaħ u ssibni
Għalxejn iqum ir-riħ, jitqawwa l-baħar
Jien xorta nasal ħdejk ma jżommni xejn u ħadd
Għalija int il-bidu w tmiem l-għajxien

Sejjaħ u ssibni
Għalxejn f'qalbi l-uġiegħ, nistenna b'sabar
Jien xorta nersaq lejk ma jżommni xejn u ħadd
Għalija int il-qofol f'ħajti ż-żmien

External links